Amenhotep III דיקP led 512300ocer vטעקארי1 Cumet r Prepr
![]() |
Dan l-artiklu għadu ma ġiex kategorizzat. Jekk jogħġbok għin biex iżżid kategoriji sabiex dan l-artiklu jitniżżel ma' artikli simili. |
![Statwa li turi xbieha ta' Amenhotep III](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/bb/Colossal_Amenhotep_III_British_Museum.jpg/220px-Colossal_Amenhotep_III_British_Museum.jpg)
Amenhotep III (Magħruf ukoll bhala Amenophis III bil-Griek Antik); Magħruf bl-Egizzjan antik bħala Amāna-Ḥātpa; li tfisser Amun is-Sodissfatt. Huwa magħruf ukoll bħala “Amenhotep il-Magnifiku”. Huwa kien id-disa’ faragħun li rrenja fi żmien it-tmien dinastija. Skond diversi awturi, Amenhotep irrenja minn Ġunju 1386 sa Diċembru 1351 qabel Kristu. Huwa sar faragħun wara li miet missieru Thutmose IV. Amenhotep III kien iben Thutmose minn żwieġ minuri (żwieġ minuri kien żwieġ bejn il-faragħun u persuna ta’ sess feminili li ħafna drabi kienet direttament relatata mal-mara (Great Royal Wife) tal-faragħun innifsu). Bħala faragħun, Amenhotep III ra l-Egittu jilħaq livell ta’ prosperita’ liema bhala. L-arti fl-egittu laħqgħet l-għola livelli f’dan iż-żmien. Matul it-tmienja u tlettin jew disgħa u tlettin sena fir-rennju tiegħu, Amenhotep III miet. Ibnu sar faragħun minfloku u rrenja bħala Amenhotep IV. Wara ftit taż-żmien Amenhotep IV biddel ismu ghal Ankhenaten.